Volunteer Opportunity
PR and Marketing Volunteer
Location:
Zejtun
Days/hours of Volunteering
flexible
Age Restrictions
Typical responsibilities:
- Creating engaging content for social media
- Helping to organise promotional campaigns
- Assisting with ongoing projects for the 2025 feast
- Supporting the setup and coordination of various events
- This role offers a unique chance to gain hands-on experience in event planning, PR strategies, and media management within a vibrant community setting
Desirable skills:
- Creative, organised, and team-oriented
- Strong communication skills and familiarity with social media platforms are an asset
- Experience or interest in marketing, PR, event coordination, or digital content creation is beneficial
About the Voluntary Organisation:
Soċjetà Mużikali Beland
Is-Soċjetà Mużikali Beland twaqqfet fiż-Żejtun fl-1861 minn Mro. Orazio Diacono bil-kollaborazzjoni ta’ Mro. Michelino DeFerraris; wara trasformazzjoni tal-orkestra li kienet teżisti mill-1832. Il-fondazzjoni hi ppruvata b’numru ta’ marċi funebri miktuba fl-1861, bis-sehem ukoll tal-Banda Beland fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fiż-Żejtun u servizzi fi Bliet u rħula bħal f’Ħal Ghaxaq (1867), ir-Rabat u l-Belt Valletta (1870).
L-isem Beland ingħata lil din is-Soċjetà f’fażi ta’ tiġdid snin ilu. Dan l-isem oriġina mill-kunjom Ġermaniż tal-Barunessa Isabelle Von Bylandt, omm il-GranMastru Hompesh li fl-1797 ta t-titlu ta’ Belt liż-Żejtun b’Città Beland.
Id-direzzjoni tal-Banda Beland kienet dejjem f’idejn Surmastrijiet lokali stabbiliti, fosthom Mro. Angelo Mifsud, Ignazio Catania, Antonio Miruzzi, Carmelo Scicluna, Gio Batta Cassar, Carlo Diacono, Carmelo Baldacchino, Hector Dalli, Orazio Cachia, Frank Mercieca, Ray Sciberras, u preżentement Gordon Baldacchino. Tul is-snin, dil-banda kellha sehem distint f’diversi festi Maltin, avvenimenti governattivi u attivitajiet nazzjonali. Sal-lum iċċelebrat sitt anniversarji li mmarkaw mixja li llum tgħodd b’aktar minn 150 sena ta’ storja. Baqgħet timxi fit-triq tal-progress, bi Presidenti u Kumitati ħabrieka li mexxewha, flimkien mal-fergħat li twieldu fi ħdanha maż-żmien u bin-numru kbir ta’ membri attivi u segwaċi. Illum tgawdi min numru sostanzjali ta’ bandisti, grazzi wkoll għall-iskola tal-mużika mwaqqfa riċentement għat-tagħlim bla ħlas lill-bandisti futuri tagħha.