Landing | Voluntiera Malta
348586
home,page-template,page-template-full_width,page-template-full_width-php,page,page-id-348586,eltd-cpt-2.1,ajax_fade,page_not_loaded,,moose-ver-3.0.2, vertical_menu_with_scroll,smooth_scroll,blog_installed,wpb-js-composer js-comp-ver-5.7,vc_responsive
Issieħeb ma’ Voluntiera Malta u kun voluntier f’diversi avvenimenti u oqsma

Applika issa u ssieħeb mat-tim!

Applika issa
Issieħeb ma’ Voluntiera Malta u kun voluntier f’diversi avvenimenti u oqsma

Applika issa u ssieħeb mat-tim!

APPLIKA ISSA
Issieħeb ma’ Voluntiera Malta u kun voluntier f’diversi avvenimenti u oqsma

Applika issa u ingħaqad ma’ għaqda.

Applika issa
Issieħeb ma’ Voluntiera Malta u kun voluntier f’diversi avvenimenti u oqsma

Applika issa u ingħaqad ma’ għaqda.

Applika issa

X’inhu ​Voluntiera Malta?

Voluntiera Malta huwa programm għall-voluntiera mwaqqaf fi Frar tal-2019 bħala parti mill-wirt ta’ Valletta 2018 – il-Belt Ewropeja tal-Kultura, li llum qiegħed jiġi mmexxi mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju. Il-programm żviluppa l-ħidma tiegħu minn Tal-Kultura, iżda llum -il ġurnata għandu taħt idejh iktar setturi li qabel kienu mmexxija minn SOS Malta.

L-għan tal-programm huwa li jimmobilizza ċittadini attivi u jgħaqqad flimkien grupp ta’ nies minn kull settur fis-soċjetà li huma interessati jwettqu xogħol volontarju fl-oqsma tal-kultura, ambjent, kwistjonijiet soċjali, l-benesseri tal-annimali, sports u oqsma oħra. Għan ieħor tal-programm huwa li joffri s-sapport neċessarju lill-voluntiera f’kull settur volontarju f’Malta.

X’jiddefinixxi voluntier li hu parti minn Voluntiera Malta?

Voluntier huwa individwu li jwettaq servizzi meħtieġa għal Voluntiera Malta mingħajr remunerazzjoni monetarja.

Kif tista’ tapplika?

Kull min hu interessat li jibda xogħol ta’ volontarjat ma’ Voluntiera Malta huwa mitlub li japplika fuq dan is-sit. F’każ li ssib xi diffikulta’ waqt li qed tapplika, ċemplilna fuq 2248 1132 jew 7989 8181.

Sezzjoni t’Introduzzjoni

Hekk kif tasal l-applikazzjoni għandna, tiġi mistieden għal laqgħa t’introduzzjoni mtella’ mill-maniġer responsabbli għall-voluntiera, f’isem il-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju.

Deskrizzjoni tal-Irwol Volontarju

Wara l-laqgħa t’introduzzjoni, tibda tirċievi sejħiet għal voluntiera permezz ta’ imejl li jintbagħat kull xahar. L-imejls ikun fihom Google form link fejn tkun tista’ ssib l-informazzjoni fuq kull avveniment. Tkun tista’ tapplika mill-istess formola. Il-voluntiera jiġu mogħtija deskrizzjonijiet ċari u preċiżi fuq l-irwol li ħa jkollhom u l-obbligi li ħa jkunu responsabbli għalihom matul ix-xogħol volontarju li ħa jkunu qed iwettqu.

Taħriġ fil-post

Qabel ma jibda l-avveniment li tkun applikajt għalih, tiġi mħarreġ jew mgħarref mill-organizzaturi tal-avveniment. Dan it-taħriġ jista’ jseħħ eżatti qabel ix-xift jew ftit jiem qabel, skont kif tiġi mgħarref li hu meħtieg. It-taħriġ jista’ jinkludi wkoll proċeduri bażiċi tas-saħħa u s-sigurta’.

Last Updated on 12th January 2021

Għala għandek issir Voluntier

Tikber

Mill-esperjenza ta’ voluntier tiskopri ħiliet u talenti ġodda.

Tiltaqa’

Tagħmel ħbieb ġodda u ssir tagħmel parti minn tim ta’ nies li jridu jwettqu xi ħaġa pożittiva.

Esperjenza

Tieħu sehem u tkun parti mis-suċċess ta’ ħafna attivitajiet u tieħu l-esperjenza li tkun tista’ tgħinek fl-ivilupp professjonali tiegħek.

Jekk għandek 16 –il sena jew aktar, tixtieq tkompli titgħallem, tesperjenza, u tagħti kontribut u kif ukoll tixtieq tgħin, aħna nixtiequ niltaqgħu miegħek!

Lest biex tingħaqad magħna?
Imla l-formola ta’ hawn taħt.













    (*) YVS u Volunteer Malta huma żewg programmi different, imma tista tipparteċipa fiż-żewg programmi. Nerġu nikkuntatjawk fi’ żmien qasir sabiex nispjegawlek aktar fid-detall. Għall aktar informazzjoni żur il-linji gwida Youth Volunteer Scheme – [YVS] | MaltaCVS

    Wara li tkun applikajt tkun mistieden għall-laqgħa wiċċ imb’wiċċ.

    Għal aktar informazzjoni ikteb lil jelena.buvac@gov.mt jew ċempel fuq +356 2248 1132